Dikjarazzjoni tal-privatezza tal-kompetizzjoni

1. Għaliex il-Kummissjoni Ewropea qiegħda torganizza kompetizzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-Unjoni Ewropea?

Qegħdin nistiednu liż-żgћażagћ li huma residenti jew ċittadini fl-Unjoni Ewropea biex jieћdu sehem fil-kompetizzjoni gћall-2009/10 bl-isem ta’ “L-20 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal”. L-gћan huwa li dawn isiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagћhom u li jkunu kapaċi jippromwovuhom u jiddefenduhom.

Il-mezzi użati għall-komunikazzjoni mal-parteċipanti potenzjali huma din il-websajt, il-posta elettronika u f’każ ta’ urġenza t-telefon.

Il-kompetizzjoni hija organizzata fl-ambitu tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

2. Liema hija d-data personali miġbura mill-Kummissjoni Ewropea, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi?

Data personali

Permezz tal-formoli ta’ reġistrazzjoni u ta’ preżentazzjoni tax-xogћol, il-Kummissjoni Ewropea tiġbor, għal kull tim li qed jieћu sehem:

  • l-ismijiet tal-parteċipanti
  • is-sena tat-twelid tal-parteċipanti
  • ir-rwol ta’ kull parteċipant fil-proġett
  • l-isem tal-persuna responsabbli gћall-proġett
  • il-funzjoni tal-persuna responsabbli (gћalliem, team leader jew ġenitur)
  • belt/raћal tal-persuna responsabbli
  • pajjiż tat-tim
  • numri tat-telefon tal-persuna responsabbli
  • indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli
  • dettalji tal-iskola jew gћaqda taż-żgћażagћ
  • Id-dћul ta’ kull element tad-data huwa obbligatorju, gћar-raġunijiet indikati hawn taћt

Skopijiet

L-iskopijiet tal-formola ta’ reġistrazzjoni huma:

  • sabiex il-Kummissjoni Ewropea tieħu idea, ftit ġranet wara li titħabbar il-kompetizzjoni, tan-numru ta’ persuni interessati f’din l-attività;
  • sabiex jiġu identifikati dawk il-pajjiżi fejn ma ntweriex ħafna interess u għalhekk fejn hemm bżonn ta’ promozzjoni aktar attiva;
  • sabiex tkun tista’ tikkuntattja direttament permezz tal-posta elettronika lill-persuna responsabbli mit-tim li tkun esprimiet interess fil-kompetizzjoni, sabiex tħeġġiġhom jissottomettu poster.

L-iskopjiet tal-formola ta’ sottomissjoni tax-xogћol huma:

  • li jiġu identifikati l-parteċipanti finali;
  • biex il-persuna responsabbli tkun tista’ tiġi kkuntattjata kemm jista’ jkun malajr permezz tat-telefon, f’każ li t-tim ikun rebaħ premju (gћalhekk il-bżonn tan-numri tat-telefon)
  • f’dan il-każ, biex tiġi organizzata ż-żjara lejn il-kapitali nazzjonali u possibbilment lejn Brussell, kemm f’termini ta’ data kif ukoll tul ta’ żmien
  • biex jiġu ppubblikati l-isem tat-tim, l-isem tal-persuna responsabbli mit-tim, l-isem tal-iskola jew l-gћaqda taż-żgћażagћ, il-belt u l-pajjiż tar-rebbieћa fuq il-websajt uffiċjali tal-kompetizzjoni.

Mezzi tekniċi

Id-data personali tinġabar permezz taż-żewġ formoli msemmija hawn fuq, li jistgħu jinstabu minn fuq il-websajt.

Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ e-mail u l-formola ta’ parteċipazzjoni gћandha titwassal personalment jew tintbagћat bil-posta jew kurrier espress, flimkien mal-poster.

3. Min għandu aċċess għad-data tiegħek u lil min tintwera?

Uffiċjali jew aġenti nnominati tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-impjegati nnominati tal-kuntrattur għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni għandhom aċċess għad-data tiegħek. Id-data tiegħek ma tintwera lil ħadd aktar, ћlief gћall-ismijiet u d-dati tat-twelid, li jintwerew bil-permess tiegħek lill-kumpaniji tal-ivvjaġġar (linji tal-ajru, lukandi, eċċ.) f’każ li tirbaħ premju.

4. Il-Kummissjoni Ewropea, kif tipproteġi u tissalvagwardja d-data tiegħek?

Id-data tiegħek tinħażen fil-bażijiet tad-data tal-Kummissjoni Ewropea u tal-kuntrattur tagħha, b’aċċess protett permezz tal-passwords u limitat għall-uffiċjali jew l-aġenti nnominati tal-Kummissjoni, kif ukoll għall-impjegati nnominati tal-kuntrattur għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni.

5. Kif tista’ tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data tiegħek?

M’għandek l-ebda aċċess dirett għad-data personali tiegħek maħżuna fid-bażijiet tad-data. Jekk tixtieq timmodifika jew tħassar id-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lill-persuna msemmija hawn taћt.

6. Kemm indumu nżommu d-data tiegħek?

Id-data tiegħek titħassar mill-bażijiet tad-data kollha fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-kompetizzjoni (il-ġurnata taċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premjijiet mill-UE).

7. Informazzjoni ta’ kuntatt

European Commission
Directorate General Justice, Freedom and Security
“Information and Communication” Unit
Office: OR10 07/023
1049 Brussels
Belgium
e-mail: JLS-A5-COMPETITION@ec.europa.eu

Il-persuni rreġistrati għandhom id-dritt li jirrikorru fi kwalunkwe ħin għall-Kontrollur Ewropew gћall-Protezzjoni tad-Data.